Filmat | Sparar għall-plattini u għall-pjaċir f’ħinijiet strambi

Residenti min-Nadur jilmentaw ma' dan is-sit dwar sparar u storbju tard filgħaxija

Residenti fin-Nadur, li jgħixu qrib San Blas, ilmentaw kif issa anki sparar għall-plattini jew għall-pjaċir qed isir wara nżul ix-xemx. 

“F’Għawdex għandna problema kbira. Kulħadd jibża’ jitkellem u kulħadd jagħmel li jrid. Issa bdew jisparaw bla waqfien għall-plattini jew għall-gost fit-tard,” saħqu mal-illum.com.mt għadd ta’ residenti.

Ir-resident li tkellem magħna kompla jilmenta kif f’Għawdex diġà teżisti kultura fejn kulħadd, fosthom tal-festi u tal-kaċċaturi jagħmlu li jridu.

“Jisparaw minn fejn u għalxiex iridu u d-diskoteki jibqgħu jdoqqu sa kmieni filgħodu”, insistew ir-residenti. “Intom tal-midja tridu tkunu, għax lilna ħadd ma jagħti kasna.”  

More in Socjali