Fi stqarrija stampa l-organizzazzjoni Xellugija Żminijietna qed tħeġġeġ il-Gvern biex minnufih jagħti lura lill-pubbliku l-Bajja tal-Għadira. "Il-kiri ta' 'deckchairs' fuq bajjiet u xtajtiet pubbliċi għandu jitwaqqaf immedjatament u jitħalla biss is-servizz ta' kiri ta' umbrelel," saħqet l-Għaqda.
Żminijietna kompliet tgħid li "entitajiet kummerċjali li qed joffru servizz ta’ kiri ta’ umbrelel m'għandhom jkollhom l-ebda dritt li jikkapparaw parti minn bajja jew xtajta pubblika. Dan għandu jsir b'infurzar tal-liġi. Hemm eżempji ta' bajjiet f'Malta fejn il-kiri ta' umbrelel mhux joħnoq l-ispazju pubbliku".