2,200 metru kwadru mill-bajja tal-Għadira lura għall-pubbliku

Waqt id-diskors tiegħu Mizzi saħaq illi jeħtieġ li jintlaħaq bilanċ adegwat bejn dawk li jridu jagħmlu użu mis-servizzi privati u dawk li jridu jagħmlu użu mill-ispazji pubbliċi mingħajr ħlas.

Waqt konferenza stampa l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li wara diskussjonijiet mal-operaturi tad-deckchairs u l-umbrelel, 2,200 metru kwadru ta' spazju fil-bajja tal-Għadira se jingħata lura lill-Pubbliku. Dan wara li l-operaturi qablu li jċedu 340 metru kwadru kull wieħed mill-konċessjoni tagħhom rispettivament.

Mizzi qal li grazzi għal dan il-qbil issa se jkun hemm spazju akbar sabiex jitgawda mill-pubbliku mingħajr ebda ħtieġa ta' ħlas.

Waqt id-diskors tiegħu Mizzi saħaq illi jeħtieġ li jintlaħaq bilanċ adegwat bejn dawk li jridu jagħmlu użu mis-servizzi privati u dawk li jridu jagħmlu użu mill-ispazji pubbliċi mingħajr ebda ħlas.

 

More in Socjali