Fdalijiet arkeoloġiċi, fosthom anke xi qtugħ fi blat li x’aktarx huma ta’ importanza arkeoloġika nstabu waqt li għaddej it-tħaffir għall-proġett tal-mini ta’ Santa Luċija.
Dan kien ikkonfermat mal-MaltaToday minn Infrastruture Malta.
Ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett se jibqgħu għaddejja wara li ġew implimentati xi bidliet żgħar biex jiġu ppreservati dawn il-fdalijiet.
Ilbieraħ, residenti kitbu fuq il-grupp ta’ Facebook Save Santa Lucija Open Spaces Network dwar dawn is-sejbiet u anke tefgħu ritratti li juru oqbra u strutturi oħra.
Intant fuq is-sit issejħu wkoll arkeoloġiċi biex jinvestigaw u jistudjaw is-sejba.
Kelliem għal Infrastructure Malta qal li l-periti bidlu r-rotta li minnha kellu jgħaddi l-elettriku għall-mini, bil-għan li ma ssirx il-ħsara lil dawn is-siti.
Jidher ukoll li se tkun qed issir entratura oħra għal dan is-sit biex anke meta l-proġett jitlesta, l-istudjużi jkunu jistgħu jkomplu bir-riċerka tagħhom