Waqfitlu qalbu waqt logħba futbol u ma kienx hemm ambulanza preżenti

Il-Plejer għadu rikoverat l-Isptar u qed isofri minn ġrieħi serji

Yau-Mun Law
Yau-Mun Law

Plejer ta’ Santa Venera qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqfitlu qalbu waqt logħba futbol.

Yau-Mun Law ta’ 36 sena kien qiegħed jilgħab fil-logħba bejn St Venera u Kirkop fil-kampjonat tat-Tielet Diviżjoni meta seħħ l-inċident. Għalkemm ma kienx hemm ambulanza fuq is-sit, infermier u saħansitra membru tal-midja beda jassisti lill-plejer sakemm tasal l-ambulanza.

Ftit tal-ħin wara waslet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar, b’kelliem tal-Pulizija dalgħodu jgħid mas-sit illum.com.mt li r-raġel qed isofri minn ġrieħi serji.

F'kitba b'reazzjoni ta' dan l-inċident fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook, kollega tal-vittma esprima r-rabja kontra l-Assoċċjazzjoni Maltija tal-Futbol (MFA) minħabba n-nuqqas ta' ambulanza fuq is-sit. Huwa qal li huwa tal-mistħija li ma jkunx hemm ambulanza fuq is-sit għall-logħbiet tal-kampjonat tagħhom meta fil-fatt għall-kampjonati l-oħra lokali jkun hemm ambulanza preżenti l-ħin kollu.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali, bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Stqarrija MFA

Intant fi stqarrija l-MFA qalet li l-plejer irċieva trattament immedjat mill-paramediku tal-MFA li kien xogħol bl-użu ta' AED (defibrillatur).

Żiedet tgħid li r-referi ddeċieda li jabbanduna l-partita wara dan l-inċident sfortunat.

 

 

More in Socjali