Illum, Transport Malta (TM) ħabbru li se tibda l-kampanja annwali tal-Milied. TM qalu li l-kampanja, bl-isem: 'Se tixrob? Issuqxl se tiffoka dwar ix-xorb, u kif madwar żmien il-Milied, jiżdiedu l-ammont ta’ nies li jsuqu taħt l-influwenza ta’ alkoħol.
Barra minn hekk, semmew li hi inaċċettabli li n-nies jixorbu u li għandhom jikkunsidraw lilhom infushom, il-familji tagħhom u dawk ta’ madwarhom. Qalu wkol li llum hemm diversi alternattivi għal karozzi privati tan-nies, u jistgħu jużaw trasport pubbliku, taxis, jew sistema ta’ 'designated driver', fejn ikun hemm persuna li ma tixrobx u wara, twassal in-nies id-dar.
Biex tniedi l-kampanja, TM ippreparat tliet filmati animati, kif ukoll avviż fuq ir-rajdu biex iqajmu kuxzenja fuq il-konsegwenzi tas-sewqan taħt l-influwenza. Bħala parti mill-kampanja “Se tixrob? Issuqx”, l-uffiċjali ta’ Transport Malta se jkunu qegħdin iqassmu għadd ta’ air freshners għall-karozzi bit-tema relevanti. Il-Malta Road Safety Council se jqassmu wkoll disposable breathalysers biex dak li jkun jiċċekkja l-livell tal-alkoħol li għandhom.