Issa l-Knisja daħlet fit-Tridu Solenni tal-Għid il-Kbir u llejla tiċċelebra t-Twaqqif tal-Ekwaristija, meta Ġesù, waqt l-aħħar ikla mal-appostli, ħa l-ħobż u l-inbid, tahulhom u qalilhom: "Dan hu Ġismi" u "Dan hu Demmi," waqt li talabhom jagħmlu dan b'tifkira tiegħu.
Normalment, f'din iċ-ċelebrazzjoni, l-uniku quddiesa li illum (anke jekk normalment issir Quddiesa waħda filgħodu mill-Arċisqof mas-Saċerdoti, fejn jiġu mbierka ż-Żjut Imqaddsa) jitfakkar ukoll it-Twaqqif tas-Sagrament tal-Rikonċiljazzjoni (Qrar) meta jsir il-ħasil tar-riġlejn.
Minħabba ċ-ċirkostanzi, din il-parti tal-funzjoni, din is-sena mhux se ssir.
Wara l-quddiesa, is-Sagrament jittieħed fl-Artal tar-Repożizzjoni, magħruf bħala s-Sepulkru, u jibqa' hemm sa għada fit-tlieta ta' waranofsinhar.
Monsinjur Scicluna se jmexxi din il-funzjoni fil-Kappella tal-Kurja.
Filmat: Arċidjoċesi ta' Malta
Yendrick Cioffi studja l-ġurnaliżmu fl-Università ta' Malta fejn kiseb Baċċellerat bl...