Segwi | L-Arċisqof imexxi l-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej
Quddies, bħal-lum ma jsirx u minflok, fit-3pm, il-ħin li fih, skont l-Evanġelji, Ġesù radd ruħu lill-Missier, il-Knisja tiċċelebra waħda mill-isbaħ funzjonijiet tagħha
Illum jum il-Ġimgħa l-Kbira. Il-Knisja tieqaf biex tirrifletti dwar il-passjoni u l-mewt tal-Mulej.
Quddies, bħal-lum ma jsirx u minflok, fit-3pm, il-ħin li fih, skont l-Evanġelji, Ġesù radd ruħu lill-Missier, il-Knisja tiċċelebra waħda mill-isbaħ funzjonijiet tagħha.
Hija funzjoni sobrija . Ftit li xejn isir kant fiha u fil-bidu tagħha, is-saċerdoti jinxteħtu wiċċhom fl-art quddiem l-artal imneżża.
Waqt l-istess funzjoni, jinqara r-rakkont tal-passjoni mill-Evanġelju skont San Ġwann u ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib wara li l-kurċifiss jinkixef ftit ftit u s-saċedot ikanta għal tliet darbiet: "Araw l-għuda tas-Salib li fuqha ġie msallab is-Salvatur tad-Dinja."
Il-kongregazzjoni tkanta: "Ejjew Nadurawh," u għal tliet darbiet kulħadd jinżel għarkupptejh.
Kif spjegat qabel, din mhijiex quddiesa iżda xorta waħda jsir it-Tqarin. Is-Sagrament jinġieb mill-Artal tar-Repożizzjoni (Sepulkru).
Filmat: Arċidjoċesi ta' Malta
Yendrick Cioffi studja l-ġurnaliżmu fl-Università ta' Malta fejn kiseb Baċċellerat bl...