Bħal bieraħ, illum f'Sibt il-Għid, fil-knejjes ma jsirx quddies, ħlief waħda li ġeneralment tibda fit-8pm. Bla dubju, din hija waħda mill-isbaħ funzjonijiet liturġiċi tal-Knisja.
Iċ-ċelebrazzjoni tibda bit-Tberik tan-Nar ġdid li minnu jinxtegħel il-blandun, simbolu ta' Kristu Rxoxt u li mhux biss huwa ċ-ċentru ta' din il-funzjoni, talli jibqa' mixgħul fil-knejjes għal 50 jum, jiġifieri matul Żmien il-Għid.
Waqt din iċ-ċelebrazzjoni jinqraw seba' qari, li jirrakkontaw l-istorja tas-Salvazzjoni
Illum terġa' tindaqq il-glorja u l-ferħ tal-Għid jinxtered bid-daqq tal-qniepen li ilhom siekta mill-Ħamis u anke bid-dawl tal-knejjes li jinxtegħel f'dan il-ħin.
Il-quddiesa tkompli bil-Liturġija tal-Kelma u terġa' titkanta wkoll l-Hallelujah.
X'aktarx li l-aktar parti importanti u sinifikanti ta' din iċ-ċelebrazzjoni huwa l-mument meta l-Kongregazzjoni, bix-xemgħa f'idha (simbolu ta' Kristu Rxoxt) mhux biss tistqarr il-fidi tagħha fi Kristru, iżda tiċħad ukoll lix-xitan waqt li ġġedded il-wegħdiet tal-Magħmudija.
Dan huwa l-mument li n-Nisrani jkun ħejja lilu nnifsu għalih matul iż-żmien tar-Randan.
Yendrick Cioffi studja l-ġurnaliżmu fl-Università ta' Malta fejn kiseb Baċċellerat bl...