Filmat | Il-Banda tal-Pulizija ddur il-lokalitajiet u tferraħ lir-residenti

Filmati qed iduru fuq il-midja soċjali tal-Pulizija jdoqqu diski Maltin f'diversi lokalitajiet

Ngħiduha kif inhi, mhux ġurnata faċli. Bħal-lum ħafna jżuru l-purċissjonijiet bl-Irxoxt u wara jmorru jieklu mal-familja u l-ħbieb. 

Iżda ħafna obdew l-appella u llum baqgħu d-dar u almenu qed igawdu l-familja. Madanakollu diversi kienu dawk li xorta waħda kellhom joħorġu għax-xogħol, inkluż il-Pulizija.

'Il bogħod mill-familja tagħhom, il-Korp tal-Pulizija ħaseb li jferraħ ukoll lil diversi persuni u l-banda tal-Korp qed iddur diversi djar tal-anzjani ddoq   'Viva Malta,' fost oħrajn.

 

More in Socjali