L-Arċisqof Charles Scicluna appella biex dawk il-persuni li jinsabu fiż-żona ta’ Tfittxija u Salvataġġ Maltija jiġu salvati waqt li saħaq li s-sigurtà tagħhom għandha dejjem tkun garantita.
Monsinjur Scicluna għamel dan l-appell fuq Twitter fejn insista li huma obbligu legali fundamentali li dawn il-persuni jitniżżlu f’post sigur u jiġu salvati.
Ma waqafx hemm. Insista li hemm ħtieġa morali li ma tistax tiġi nnegozjata, jew tittieħed.
Il-ġimgħa li għadda, il-Gvern iddeċieda li mhux se jaċċetta aktar immigranti f’Malta minħabba l-imxija tal-Covid-19.
Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet, il-Gvern Malti ħa d-deċiżjoni li ma jaċċettax iżjed immigranti fil-Gżejjer Maltin minħabba l-imxija tal-coronavirus. Grupp ta’ 70 immigrant li ddaħħal il-ġimgħa li għaddiet kellu jkun l-aħħar wieħed.
Fl-aħħar sigħat il-Gvern Malti kien involut f’laqgħat mal-Libja, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u Franza fejn wassal b’mod formali l-pożizzjoni tiegħu dwar l-immigrazzjoni.
Spanja u l-Italja għalqu l-portijiet tagħhom ftit tal-jiem qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni Maltija.
Hu mifhum li matul it-taħditiet ġie spjegat kif il-virus ħoloq sfidi għal Malta, speċjalment fuq il-qasam tas-saħħa u l-infurzar tal-liġi.
Madanakollu hemm diversi dgħajjes bl-immigranti fil-Mediterran b’waħda minnhom inqalbet ilbieraħ. Għadu mhux magħruf kemm kien hemm persuni fuqha u x’sar mill-immigranti.