
Tibda' titqassam il-mediċina ekwivalenti għax-Xeralto u r-Rivaban
Kważi 10,000 pazjent se jingħataw mediċina oħra li biha jiffrankaw madwar €80 u €110 fix-xahar

More in Socjali
Kważi 10,000 pazjent se jingħataw mediċina oħra li biha jiffrankaw madwar €80 u €110 fix-xahar
Id-Deptutat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li bdiet titqasam fl-ispiżeriji l-mediċina Rivaroxaban li hija l-ekwivalenti tax-Xarelto u r-Rivaban, mediċina li tittieħed biex iraqqu d-demm. Din se tkun offruta bla ħlas lill-pazjenti li jagħmlu użu minn dawn il-mediċini diġà u f'xi każijiet lill-pazjenti li jużaw il-warfarina, permezz tal-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC).
Bl-introduzzjoni ta' din il-mediċina fuq il-formularju tal-Gvern, mal-10,000 pazjent se jiffranka bejn €80 u €110 fix-xahar.
Persuni li jagħmlu użu minnhom jistgħu jikkuntattjaw lit-tabib tal-familja tagħhom, jew lit-tabib fiċ-Ċentru tas-Saħħa, b'mod immedjat, biex isirilhom appuntament ma' klinika apposta fi ħdan is-sistema tal-Kura tas-Saħħa Primarja, biex issirilhom ir-riċetta għaliha. B'hekk din il-mediċina tkun tista' tinġabar mal-kumplament tal-mediċini offruti b'xejn lill-pazjenti tal-POYC.
Pazjenti li jagħmlu użu mill-warfarina se jkunu ggwidati dwar jekk jistgħux jeqilbu għal din il-mediċina minflok jieħdu l-warfarina fl-appuntament tad-demm li jmiss, wara diskussjoni mat-tabib kuranti tagħhom.