Ħarsa lejn is-suq tax-xogħol fit-tieni kwart tas-sena

Malta żżomm l-aktar rata ta’ qgħad baxxa fl-Ewropa, filwaqt li hawn diskrepanza kbira bejn il-pagi medji

Skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatitiċi (NSO), tul it-tieni kwart tas-sena 2023, 294,313-il persuna kienu ngaġġati f’impjiegi, li jammonta għal 63.5% tal-popolazzjoni fl-età ta’ 15-il sena jew aktar. Dan juri żieda ta’ 4.9% fuq l-istess perjodu tas-sena preċedenti.

85% tat-total tal-irġiel f’din il-kategorija għandhom impjieg, ikkumparat ma’ 71.7% tan-nisa.

Minn dawn, 14.8% huma persuni li jaħdmu għal rashom. 258,909 persuni għandhom impjieg full-time bħaa dak ewlieni tagħhom, filwaqt li 35,404 huma impjegati part-time.

Il-paga medja fost il-maniġers kienet dik ta’ €2,994, ferm għola minn dik ta’ xogħlijiet bażiċi li kienet ta’ €1,163. Il-paga medja b’mod ġenerali hija ta’ 161,947.

Fost il-ħaddiema fis-setturi kollha ta’ Malta, 34.9% minn dawn kellhom xi forma ta’ kwalifikazzjoni minn edukazzjoni terzjarja.

7,579 persuna qiegħdin qiegħda, iżda r-rata tal-qgħad baqgħet l-aktar waħda baxxa fl-Ewropa kollha, b’2.5%.

161,947 persuna oħra jgħidu li m’humiex attivi fis-suq tax-xogħol. Ir-raġuni ewlenija dan hija għax ikunu laħqu l-età tal-irtirar, jew inkella ddeċiedew li jirtiraw kmieni. Dawn jammontaw għal 43.5% ta’ kull min m’huhiex attiv fis-suq.

 

More in Socjali