Bħalissa għaddejin l-aħħar preparamenti għar-ritorn tal-Malta International Airshow f’pajjiżna. L-avveniment se jkun mifrux fuq jumejn u se jilħaq il-qofol tiegħu max-xatt tal-Qawra f’ San Pawl il-Baħar.
Fost dawk li se jipparteċipaw f'dan l-avveniment, wieħed isib lir-Royal Air Force, lis-Swiss Hornet Display Team, l-ajru Internazzjonali ta’ Malta, it-tim nazzjonali Żvizzeru tal-wiri tal-ajru Patrouille Suisse, kif ukoll il-Flying Bulls Display. Għal darb'oħra, ir-Red Arrows mistennija jkunu l-attrazzjoni ewlenija tal-programm ta’ din is-sena.
Avvenimenti bħal dawn juru l-avvanza teknoloġiċi, jippromovu is-sigurtà tal-ajru u jisipiraw persuni sabiex jagħżlu karriera fl-avjazzjoni, industrija li kull ma tmur qed tikber.
Preżenti għall-konferenza kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, flimkien maċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia, u l-President tal-Malta Aviation Society Massimo Farrugia.
Il-Ministru Clayton Bartolo faħħar dan l-avveniment, "li dejjem kien popolari," speċjalemnt mad-dilettanti tal-avjazzjoni u ma’ turisti li jiġu matul ix-xahar ta’ Settembru.
“Dan l-airshow huwa timbru li juri kif l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qiegħda tassisti u tinċentiva varjetà ta’ avvenimenti li huma immirati li jolqtu kull tip ta’ faxxa u età b’mod ġenerali,” qal il-Ministru Bartolo.