Studju reċenti tal-Eurostat żvela li Malta għandha l-għola rata ta’ imwiet ikkawżati mid-dimentia, l-istess statistika tindika żieda qawwija fir-rati tal-mortalità mid-dimentia matul l-aħħar għaxar snin.
Malta kienet l-iktar pajjiż li kellu mwiet kawża tad-dimentia hekk kif kien hemm qabża allarmanti matul l-aħħar snin. Ir-rata tal-imwiet minħabba d-dimenzja hija ta’ 80.1 għal kull 100,000 abitant. Il-pajjiż tan-Netherlands (68.0), l-Isvezja (57.5), id-Danimarka (53.3) u l-Ġermanja (52.3) ukoll kellhom rati għolja.
Fuq in-naħa l-oħra tal-ispettru, pajjiżi bl-inqas rati ta’ mwiet relatati mad-dimenzja ġew irreġistrati fir-Rumanija (0.03 imwiet għal kull 100,000 abitant), is-Slovenja (0.5), il-Bulgarija (1.0) u l-Polonja (1.2).
Filwaqt li r-raġunijiet wara ż-żieda fir-rati ta’ mwiet relatati mad-dimenzja huma multidimensjonali, din l-istatistika tenfasizza l-urġenza li tiġi indirizzata din l-isfida tas-saħħa pubblika li qed tikber f’Malta u madwar l-Unjoni Ewropea. Aktar riċerka u politiki mmirati lejn il-prevenzjoni, id-dijanjosi bikrija, u l-kura mtejba għal individwi bid-dimenzja huma ta’ importanza kbira.