Settembru li għadda kien xhar pjuttost niexef hekk kif l-ammont ta’ ilma xita li niżel kien nofs il-medja ta’ xita skont l-Ufiiċju Meterjoloġiku.
Settembru esperjenza biss 29.6mm ta’ ilma xita. Għalhekk, meta wieħed jikkumpara l-medja, li hi 59.2mm, wieħed jista’ jara b’għajnejh id-differenza drastika ta’ ilma xita li niżlet f’Malta.
L-Uffiċju Meterjoloġiku żvela li l-iktar ġurnata li niżlet xita fix-xhar ta’ Settembru kienet is-sitt ġurnata tax-xhar. F’dik il-ġimgħa, it-temp kien instabbli u konsegwentament niżelet total ta’ 11.2mm ta’ ilma xita.
Sadanittant, Settembru wera karatteristiċi aktar bir-riħ meta mqabbel mal-aspettattivi tal-istaġun.
Minkejja li l-ewwel ftit ġranet tax-xahar kienu turbolenti, il-kundizzjonijiet tat-temp stabbilizzaw aktar tard matul Settembru.
It-temperatura massima tax-xahar intlaħqet fid-19-il jum, fejn laħqet l-34°C, u għalhekk qabżet it-temperatura massima tipika b’5.4°C.
Madankollu, it-temperatura medja tal-arja għax-xahar kienet ta’ 25°C, marġinalment biss ogħla mill-medja ta’ 24.9°C.
B'kuntrast mat-temperaturi tal-arja, it-temperaturi tal-baħar żammew medja ta' 26.9°C, 5.7°C sinifikanti 'l fuq min-norma mistennija.
Minkejja l-varjazzjonijiet fit-temp, Settembru żamm medja ta’ 8.6 sigħat ta’ xemx kuljum. L-aktar jum qawwi rreġistra 11.7 siegħat ta’ xemx, filwaqt li l-aktar jum mudlam, kien fil-bidu tax-xahar, hekk kif it-temp kienu imsaħħab għal kollox.
B’kollox, l-Uffiċċju Meteoroloġiku kejjel 258 siegħa ta’ xemx sal-aħħar ta’ Settembru, li qabeż xi ftit in-norma tax-xahar.
B'ħarsa 'l quddiem, it-tbassir tat-temp jantiċipa kontinwazzjoni ta' kundizzjonijiet stabbli fil-jiem li ġejjin, grazzi għal żona ta' pressjoni għolja li tinsab fuq iċ-ċentru tal-Mediterran. Din is-sistema hija mistennija li ġġib tkompli ġġib temp ximxi u temperaturi ogħla mill-medja.
Ir-riħ tan-Nofsinhar, li se jibda mit-Tnejn, se jikkontribwixxi għaż-żieda fit-temperaturi, b'massimu ta' 30°C proġettat għal nofs il-ġimgħa, minn 27°C is-Sibt.
Madankollu, huwa importanti li wieħed jinnota il-bidla fix-xejriet tat-temp tista’ tkun antiċipata lejn l-aħħar tal-ġimgħa li ġejja hekk kif huwa mistenni riħ jitfaċċaw frisk mill-Majjistral.