Baġit 2024| Żiediet fl-għotja lill-anzjani fl-allowances għal carers u carers grant għall-ġenituri bi tfal b'diżabilità

Minbarra ż-żidiet, il-Ministru Caruana qal li se jsiru numru ta’ proġetti fosthom id-dar tal-anzjani ta’ Bormla filwaqt li ġenituri li jieqfu mill-impjieg biex jieħdu ħsieb tfal b’diżabilità severa se jibbenefikaw miż-żieda fil-paga minima, b’€487 u issa toqrob iċ-ċifra annwali ta’ €5,000

Il-Ministru ħabbar li se terġa’ tiżdied l-Għotja li tingħata lill-anzjani li jkunu għadhom jgħixu f’darhom jew f’xi dar tal-anzjani li għaliha jħalls totalment minn buthom. Barra minn hekk ħabbar numru ta’ proġetti f’numru ta’ djar tal-anzjani, fosthom dik ta’ Bormla u tal-Imsida.

Żieda fl-Għotja lill-Anzjani: l-Għotja għal dawk li għalqu t-80 sena se togħla b’€50 għal €450 fis-sena. Dawk li għalqu l-75 sena, iżda mhux it-80 sena li se jibqgħu jirċievu €300 fis-sena. 48,000 anzjan b’nefqa totali ta’ €16-il miljun għas-sena d-dieħla. 

Żieda fl-iskema Carer at HomeSe tingħata żieda f’din l-iskema fejn minn Jannar 2024, se jkun hemm żieda ta’ €1,000 oħra għal €8,000 fis-sena. 

Żieda fl-Allowances għal CarersL-Allowance Miżjuda għal Carer u l-Allowance għal Carer ukoll se jiżdiedu bil-COLA sħiħa,jiġiifieri €12.81 fil-ġimgħa. B’hekk l-Allowance Miżjuda għal Carer se titla’ għal €173.78 fil-ġimgħa filwaqt li l-Allowance għal Carer se titla’ għal €120.68 fil-ġimgħa. 

Djar tal-AnzjaniMatul l-2024, il-Gvern se jibda l-proġetti tad-Dar tal-Anzjani, kemm ta’ Bormla, li fl-aħħar ġimgħat ħareġ l-outline permit tiegħu, kif ukoll ikompli x-xogħol fuq id-dar tal-Imsida. 

Dan filwaqt li jitlestew ix-xogħlijiet u ftuħ ta’ klinika multidixxiplinarja ġdida fid-Dar tal- Anzjani tal-Furjana. 

F’Marzu, f’Għajnsielem Għawdex se tibda topera Dar San Ġużepp u se tikkonsisti f'żoni mdaqqsa ta' spazji soċjali u spazji ħodor fuq barra. 

Matul l-2024, ser tidħol ukoll fis-seħħ il-Liġi biex titwaqqaf l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani. 

Residenza San VinċenzIl-Ministru Clyde Caruana qal li se jkompli jinvesti fir-Residenza San Vinċenz fejn ser jinqalgħu mill-qiegħ il-Wards ta’ St. Francis 1 u 2 - l-aħħar żewġ wards tan-nisa li għadhom ma ġewx modernizzati. Caruana qal li se jitnefqu €1.6 miljun. 

Caruana sostna li se jitlesta t-tieni sular tal-blokka tal-Farmaċija u se jinxtara apparat mediku ta’ kura ta’ kwalità. Apparti dan, se jinfetħu kliniċi sabiex jservu lir-residenti ta’ San Vinċenz u dawk li jgħixu fil-komunità.  Barra minn hekk ser jinfetaħ Therapeutic Petting Farm and Recreation Centre b’nefqa ta’ €700 elf.

Invalidità parzjali

Fil-wegħda elettorali ġie introdott il-kunċett ta’ invalidità parzjali għal individwi li ma jistgħux jaħdmu għal raġunijiet mediċi, iżda li huma mistennija li jerġgħu lura fid-dinja tax-xogħol fil-futur, għandha titwettaq billi jiżdiedu l-benefiċċji tal-mard għal persuni li ma setgħux jaħdmu għal aktar minn sitt xhur, għal rati ugwali għal pensjoni tad-diżabilità.


ll-Carers’ Grant li tingħata lill-ġenituri li jieqfu mill-impjieg biex jieħdu ħsieb tfal b’diżabilità severa huma intitolati għal nofs paga minima u għalhekk se jibbenefikaw miż-żieda fil-paga minima, b’€487 u issa toqrob iċ-ċifra annwali ta’ €5,000. Bl-istess mod, il-pensjonijiet tad-diżabilità, li huma ugwali għall-paga minima netta, għandhom jibbenefikaw mill-COLA, li jiżdiedu b’€17.39 fil-ġimgħa.

Il-gvern se jkun qed jinvesti €5.2 miljun, żieda b’€1 miljun mis-sena li għaddiet, f’inklużjoni u riformi mmirati biex jassistu persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom.

Għandu jinħoloq bord mediku interprofessjonali biex jevalwa t-talbiet għal diżabilità u jibda jopera s-sena d-dieħla, li jivvaluta t-talbiet kontra standards internazzjonali stabbiliti mid-WHO.

More in Socjali