Jitniedu regoli ġodda għat-temping agencies

Andy Ellul saħaq li se titwaqqaf entità ġdida u se jiġu rregolati t-temping agencies sabiex jissaħħaħ il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika

Titħabbar li se titwaqqaf entità ġdida li ser tkun qed issaħħaħ il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, hekk qal is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul waqt konferenza tal-aħbarijiet. 

Ellul saħaq li se titniedi liġi li tirregola t-temping agencies, u li se jiġu introdotti numru ta’ kriterji li jridu jintlaħqu minn dawk li jkunu iridu joperaw f’dan il-qasam. 

Ellul saħaq li se tiġi introdotta sistema ta’ liċenzji għal dawn l-aġenziji sabiex biha jkunu jistgħu joperaw u jġibu ħaddiema minn barra l-Unjoni Ewropea ta’ kwalità. 

Ellul aċċenna wkoll li se jidħol il-kunċett tal-“equal pay for equal value” u sostna biex kull ħaddiem tas-settur privat jibda jirċievi s-salarju tiegħu f’kont bankarju, bħall-ħaddiema tas-servizz pubbliku u tas-settur pubbliku.

Ellul kompla jgħid li l-entità l-ġdida se taħdem id f’id mal-MCESD u se sservi bħala sapport għall-imsieħba soċjali. 

Ellul kkonkluda jgħid li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi  huwa katalist f’din il-mixja sabiex id-drittijiet jiżdiedu għall-ħaddiema kollha u għalhekk saret reviżjoni tal-Work Regulation Orders (WROs) li se twassal biex ċerti anomaliji fil-liġi eżistenti jiġu indirizzati u għaldaqstant jiġu regolati u armonizzati d-diversi setturi.

 

 

 

More in Socjali