Il-Forzi Armati issalva 18-il immigrant f’diffikultà

Sorsi qalu li s-salvataġġ ta' 18-il persuna sar fis-sigħat bikrin tal-Ħamis filgħodu

 

Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 18-il persuna f’diffikultà, ikkonferma l-Ministeru tal-Intern.

“Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 18-il persuna f’diffikultà. Il-wasliet jibqgħu baxxi u mhuma mistennija l-ebda influssi f’daqqa. Matul l-istess perjodu, persentaġġ rekord ta’ dawk li waslu b’mod irregolari ġew ritornati lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom,” qal kelliem tal-ministeru.

Sorsi li tkellmu mal-gazzetta MaltaToday qalu li s-salvataġġ sar għall-ħabta tat-3am ta’ dalgħodu, iżda l-kundizzjoni ta’ dawk abbord għadha mhix magħrufa.

Qalu wkoll li n-nazzjonalità ta’ dawk abbord id-dgħajsa huma minn Gambja, Sirja u Sudan, iżda l-ministeru ma kkonfermax u lanqas ċaħad l-informazzjoni.

Ix-xahar li għadda, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ordnat lil Malta tħallas €25,000 f’kumpens lil migrant Ivorjan minħabba ksur tad-drittijiet tal-bniedem waqt li kien detenut.

L-ECHR esprimiet tħassib dwar dik li sejħet is-“sistema nazzjonali difettuża ta’ Malta li tfixkel il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem”. Appella wkoll lill-gvern biex itejjeb il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni tal-migranti u jiżgura bażi legali għad-detenzjoni tagħhom

More in Socjali