L-MIA rreġistra żieda ta’ 7.2% ta' passieġġieri li vjaġġaw f'Novembru

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) jirreġistra 528,923 passiġġier f’Novembru, li juri żieda ta' 7.2%

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) irreġistra 528,923 passiġġier f’Novembru, li jfisser żieda ta’ 7.2% mill-2019.

Fl-ewwel erbat ijiem ta’ Novembru matul il-vaganzi ta’ nofs it-terminu tal-iskola, ivvjaġġaw iktar minn 25,000 passiġġier f'ġurnata.

L-Italja, ir-Renju Unit, u l-Ġermanja żammew posthom fl-għola pożizzjoni fis-suq tal-ajruport. Min-naħa l-oħra, Franza ċediet postha lill-Polonja hekk kif il-Polonja reġa’ kiseb postu fost l-ewwel ħamsa wara assenza ta’ seba’ xhur.

Ix-xahar li għadda, 92% tas-siġġijiet disponibbli fuq titjiriet bejn seba’ destinazzjonijiet Pollakki u Malta kienu mimlija, u dan jindika domanda qawwija għall-ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż. Dan wassal għal żieda ta’ 120 % fin-numru ta’ passiġġieri li vvjaġġaw lejn u mill-Polonja meta mqabbel mal-2019.

More in Socjali