L-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika Nazzjonali (NSO) ħareġ statistika li bejn Lulju u Diċembru 2023, skont l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ġie irrappurtat erbat imwiet fuq ix-xogħol. Fl-istess żmien taʼ sena qabel, kien hemm sebat imwiet fuq il-postijiet tax-xogħol.
Aċċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol
L-istess statistika turi li fit-tieni nofs tal-2023 kienu irrappurtati 1127 aċċident mhux fatali fuq il-post tax-xogħol.
Minn Lulju sa Diċembru tal-2023, l-akbar għadd ta’ aċċidenti seħħew fil-qasam tal-Manifattura (15.5%). Il-qasam tal-Kostruzzjoni kellu 141 (12.5%) tal-klejms, filwaqt li l-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, tiswija ta’ vetturi u muturi rreġistra 136 aċċident (12.1%).
Terz taʼ dawk il-persuni involuti kienu neqsin mix-xogħol għal tlett ijiem jew inqas, filwaqt li dawk li kienu neqsin mix-xogħol għal 21 jum jew aktar laħqu t-18.0%.
Fejn jidħlu l-etajiet, 27.3% taʼ dawn l-aċċidenti kienu jolqtu persuni li kellhom bejn il-35 u l-44 sena. Fiż-żmien mifli, l-istatistika turiu li 73.3% taʼ dawk milqutin mill-aċċidenti mhux fatali fuq il-postijiet tax-xogħol kienu Maltin.
Kważi terz (29.3 fil-mija) tal-aċċidenti kkawżaw weġgħat fid-dahar, inkluż is-sinsla tad-dahar u l-għadam tagħha. Il-ġrieħi u t-tweġġigħ superfiċjali, u t-tfekkik kienu l-aktar tipi komuni taʼ tweġġigħ.
Fit-tieni nofs tas-sena, 27.6% tal-aċċidenti fuq ix-xogħol ġraw fʼintrapriżi bʼ500 impjegat jew aktar.
Fis-sena 2023, kienu rrappurtati 740 aċċident mhux fatali għal kull 100,000 persuna li taħdem. L-ogħla rata taʼ inċidenza standardizzata taʼ aċċidenti mhux fatali kienet fil-qasam tal-Manifattura; segwita mill-Kostruzzjoni u t-Trasport u l-ħażna.