Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jagħmel appell urġenti għad-demm tat-tip O

Is-Servizz sostna li minkejja n-nuqqas ta' demm, pazjenti li qed jistennew biex isirilhom operazzjoni jaf tiġi posposta

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm għamel appell urġenti għad-donaturi tad-demm biex jgħinu fl-għotjiet tad-demm tal-gruppi O pożittiv u O negattiv. 

Is-Servizz sostna li minkejja n-nuqqas ta' demm, pazjenti li qed jistennew biex isirilhom operazzjoni jaf li l-operazzjoni tiġi posposta jekk ma jkunx hemm it-trasfużjonijiet meħtieġa. 

Se jibqagħu miftuħin sas-6pm illum is-Sibt. 

Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt  , Facebook page https://www.facebook.com/bloodmalta  u Instagram page https://www.instagram.com/blooddonationmalta_official/

Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313 biex jistaqsi xi diffikultajiet li jista’ jkollu. 

Trasport b’xejn provdut ukoll billi ċċemplu 80074313.

More in Socjali