Il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi kisbet ir-rikonoxximent ewlieni tal-ħaddiema fil-Legal Aid Malta Agency.
Dan l-eżerċizzju seta’ jsir wara li l-ħaddiema saru membri mal-GWU u talbet verifika mid-DIER.
Ir-rikonoxximent ingħata wara proċess ta’ verifika mid-DIER fejn ikkonkluda li l-ħaddiema ngaġġati huma membri tal-General Workers’ Union.
Issa l-pass li jmiss hu li jibdew in-negozjati mal-maniġment għal Ftehim Kollettiv ġdid bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema nkluż il-pakkett finanzjarju.
Is-Segretarju tat-Taqsima Kendrick Bondin irringrazzja lill-ħaddiema tal-fiduċja li wrew meta avviċinaw lill-GWU biex itejbu l-qagħda tagħhom fuq il-post tax-xogħol.