Jibda' xogħol ta' restawr fuq il-Monument tal-Qanpiena fil-Belt Valletta
Heritage Malta tniedi xogħlijiet ta' restawr tal-Monument tal-Qanpiena fil-Belt Valletta
More in Socjali
Heritage Malta tniedi xogħlijiet ta' restawr tal-Monument tal-Qanpiena fil-Belt Valletta
Heritage Malta bdiet xogħlijiet ta' restawr fuq il-Monument tal-Qanpiena fil-Belt Valletta, li jfakkar lill-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija f'Malta.
Il-Monument tal-Qanpiena jinsab fil-parti t'isfel tal-Bastjun ta' San Kristofru, iħares lejn il-Port il-Kbir.
Il-mafkar, iddisinjat mill-artist magħruf Ingliż Michael Sandle, inbena b'tifkira tal-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija f'Malta, li jlaħħqu għal aktar minn 7000.
Ġie inawgurat uffiċjalment nhar id-29 ta' Mejju 1992, fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-għoti tal-George Cross lil Malta għallqlubija murija fis-snin ebsin tal-1940-1942. L-istruttura tal-monument hi mibnija fuq spazju magħluq fis-sular ta’ isfel, b'sular ieħor fuqu miftuħ li jinkludi l-kampnar.
Il-monument joffri lil kull min iżuru veduta liema bħalha tal-port u l-fortifikazzjonijiet kollha li jdawruh. Il-qanpiena imponenti talbronż, l-ikbar waħda f'Malta, iddoqq biex tagħti ġieħ lill-vittmi kuljum f'nofsinhar.
Quddiem il-qanpiena hemm skultura talbronż li tissimbolizza d-dfin fil-baħar tas-suldat mhux magħruf. Il-qanpiena trieġi fuq żewġ ħarriġiet kbar tal-konkrit. Il-kisja ta' barra bil-qawwi qed turi sinjali ta' deterjorament serju flistruttura tal-konkrit, billi hija esposta għall-elementi. Rinfurzar strutturali u xogħlijiet ta' tiswija kienu meħtieġa biex tiġi evitata aktar ħsara.
Il-proġett se jara wkoll it-tisħiħ tas-saffi tal-waterproofing, li jinkludi t-tqegħid ta’ pavimentar tal-qawwi fuq l-art tal-konkrit. Ixxogħlijiet se jinkludu kull xogħol ta’ rinfurzar strutturali li jista’ jkun meħtieġ fil-koppla, fit-travi mad-dawra tal-istruttura, u fissottostruttura, li għandhom iwasslu għal titjib ġenerali tal-ispazji kemm fuq ġewwa u kif ukoll fuq barra tal-monument.
Il-proġett, iffinanzjat minn fondi nazzjonali li jammontaw għal madwar €700,000, mistenni jkun fl-istadji finali tiegħu sa tmiem din is-sena. Il-mafkar mhux se jkun aċċessibbli għall-pubbliku sakemm jitlestew ix-xogħlijiet.