Il-kelb ikonu bilqegħda fuq il-ħanut ta' D'Amato Records jitfarrak bi crane

Wieħed mill-eqdem sinjali fil-Belt Valletta ġarrab ħsara konsiderevoli wara li qala' daqqa ta' crane matul il-lejl • Jitkellem mal-midja s-sid qal li l-kuntrattur kelmu b'ton pjuttost arroganti meta ċempillu biex jaffaċjah

Ritratt: Facebook / D'Amato Records
Ritratt: Facebook / D'Amato Records

Il-kelb ikonu jserraħ fuq il-bieb ta' D'Amato Records fil-Belt Valletta qala' daqqa tajba matul-lejl, bis-sidien tal-ħanut iweħħlu f'tim tal-kostruzzjoni li kien qed jagħmel xi xogħol faċċata tal-binja tagħhom.

Irreklamat bħala "l-eqdem ħanut tar-rekords fid-dinja," D'Amato Records jserraħ f'Triq San Ġwann.

Is-sinjal li fuqu hemm il-kelb huwa wieħed mill-eqdem fil-Belt Kapitali, bis-sid tal-ħanut iweħħel dan is-sinjal eżatt wara l-Gwerra Dinjija.

Jaqsmu l-aħbar fuq Facebook, is-sidien attwali qalu li crane li kien qed jaħdem faċċata tal-binja tagħhom farrak is-sinjal li hem iserraħ fuq il-ħanut matul il-lejl.

"Il-ġenn tal-kostruzzjoni qed tfotti dan il-pajjiż. Imma min jimpurtah? Bla rispett," kitbu fuq Facebook is-sidien.

Għaldaqstant, jitkellem mat-Times of Malta, is-sid Anthony D'Amato qal li l-inċident ħallih xxukjat. Huwa qal li l-istess sinjal klien maħbub ma' ħafna, spċjalment mat-turisti li kienu jħobbu jieħdu ritratt miegħu.

Qal ukoll li ilhom bi problemli mal-konutrattur li qed jaħdem faċċata tagħhom, speċjalment għax kien qed jiżgumbra t-triq b'vetturi lejn u nhar.

D'Amato spjega li hu diġà għamel kuntatt mal-kuntrattur dwar l-inċident, bir-raġel jgħidlu fuq il-linja "naħseb aqta' kemm kienet tiswa' flus."

More in Socjali