Attenti! Tiekluhx għax jaf fih livelli elevati ta’ residwi ta’ pestiċida

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li l-imsemmi prodott ma għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment fih livelli elevati ta’ residwi ta’ pestiċida (anthraquinone)

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott ma għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment fih livelli elevati ta’ residwi ta’ pestiċida (anthraquinone).

Deskrizzjoni tal-prodott:

Qratas tal-infużjoni

Isem tal-prodott fuq it-tikketta:

Infusion Digestion légère

Ditta:

Carrefour BIO

Lottijiet involuti:

083866

Data tad-durabilita`:

28.09.2026

Użin:

30g (20 x 1.5g)

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.

 

More in Socjali