[AĠĠORNAT] Karozza titlef il-kontroll u taħbat ġo ħajt f'Raħal Ġdid

 Evita Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid, minħabba aċċident li seħħ wara nofsinhar

Dan l-artiklu ġie aġġornat is-Sibt fis-2:32pm, bl-aktar dettalji mgħand il-pulizija. 

Karozza elettrika tilfet il-kontroll u ħabtet ġo ħajt fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid.

Il-puluzija qalu lill-ILLUM li l-vettura kienet qed tinstaq minn raġel ta' 63 sena. Għalkemm is-sewwieq ma kellux ġrieħi, il-passiġġiera, mara ta' 63 sena ttieħdet l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tagħha għadha pendenti. 

Dan ivverifika wkoll li minkejja li l-karozza ma qabdietx in-nar, il-protezzjoni ċivili marru fuq il-post bħala prevenzjoni.

Uffiċjali tal-pulizija baqgħu fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

More in Socjali