Jitwaqqaf Kumitat tal-Milied f’Għawdex

Minn kull fejn tgħaddi tara persuni jnaddfu u jirranġaw li hemm bżonn
Minn kull fejn tgħaddi tara persuni jnaddfu u jirranġaw li hemm bżonn

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet twaqqaf Kumitat tal-Milied f’Għawdex immexxi mill-Avukat Joe Mifsud u taħt l-awspiċi tal-Ministeru għal Għawdex.
Dan il-kumitat inħatar biex Għawdex għal festi tal-Milied li ġej jinbidel f’destinazzjoni Natalizja. Dan billi l-kumitat jaħdem ma’ kull kunsill lokali u kull parroċċa biex Għawdex kollu jsir speċi ta’ villaġġ sħiħ tal-Milied. U dan jista’ jwassal biex aktar turisti Maltin jaraw Għawdex bħala d-destinazzjoni tagħhom għax-xahar ta’ Diċembru.
Bla dubju li ‘Betlehem f’Għajnsielem’ tibqa’ l-attrazzjoni prinċipali, iżda dan il-kumitat se jaħdem biex ikun hemm aktar attrazzjonijiet sew dawk tradizzjonali u oħrajn ġodda madwar Għawdex. Dan il-kumitat hu ffurmat mid-dipartiment tal-Kultura f’Għawdex, mill-GTA, minn membru tal-komunità tan-negozju, mill-Eko-Għawdex u minn membri oħra li għandhom ideat x’joffru għal din l-inizjattiva ġdida f’Għawdex.

 

More in G?awdex