
Iweġġa' gravi wara li waqa' minn fuq trakk
Raġel ta' 61 sena isoffri grieħi gravi waqt xogħol f'bitħa ta' kumpless privat fl-Għasri

Għawdxi ta' 61 sena issofri grieħi gravi wara li waqa' minn fuq trakk waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet.
Il-Każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar għall-ħabta tas-1.30, f’bitħa ta’ kumpless privat fi Triq il-Fanal, l-Għasri.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru mill-Pulizija t’Għawdex, irriżulta li r-raġel li għandu 61 sena, residenti n-Nadur, għal xi raġuni waqa’ minn fuq trakk waqt li kien qiegħed jgħabbi xi ġebel fuqu.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji u aktar tard kellu jiġi trasferit fl-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident.