Il-maħbubin għal Għawdex
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, ilbieraħ ħabbar li n-nollijiet tal-Gozo Channel ħa jorħsu bi kważi n-nofs waqt il-festi ta’ San Valentinu, bejn l-14 u 16 ta’ Frar.
In-noll tal-passiġġiera minn €4.65 ħa jorħos għal €1.50, u dawk tal-vetturi minn €15.70 se jonqos għal €8.50. Dawn il-prezzijiet se japplikaw għall-vjaġġi kollha bejn il-Ġimgħa 14 ta’ Frar mis-7.15pm sal-vjaġġ tas-1.30am tat-Tnejn.
Il-vapuri se jkunu qegħdin jaħdmu skont id-domanda u f’każ li jkun hemm bżonn jibdew joperaw anke permezz ta’ shuttle service.
More in G?awdex