Betlem Għajnsielem b'diversi innovazzjonijiet

Franco Ciangura jiddiskuti mal-Ministru Refalo l-innovazzjonijiet li se jkun hemm f'Betlem f'Ghajnsielem

Franco Ciangura jiddiskuti l-innovazzjonijiet mal-Ministru Refalo
Franco Ciangura jiddiskuti l-innovazzjonijiet mal-Ministru Refalo

L-innovazzjonijiet li se jsiru dis-sena se jkunu li s-slaten Maġi se jivjaġġaw bl-iġmla u mhux fuq żwiemel. Dan barra li se jkun hemm speċi ta' xmara fejn min jżur il-post jista wkoll jirkeb xi dgħajsa fuq din ix-xmara. Il-Forti Chambray (il-parti l-antika) se jinbidel f'villaġġ Ruman ta' elfejn sena ilu. Se tirritorna wkoll il-lukanda li se jkollha tliet kmamar fejn turisti jkunu jistgħu jgħixu fihom matul il-ħames ġimgħat li se tkun miftuħa. Il-lukanda se titmexxa mill-lukanda Grand ta' Għajnsielem.

Dwar dan kollu Franco Ciangura tkellem mal-Ministru għal Għawdex li wegħdu kull għajnuna sew billi jintbagħtu ħaddiema tal-gvern biex jgħinu fil-bini u tindif tal-post u anke b'mod monetarju għal dak li jkun hemm bżonn. Il-Ministru ikkongratula lil Franco Ciangura u lill-Għajnselmiżi kollha għal dan il-proġett u jittama li dis-sena  jkompli jikber ir-rekord ta' nies li jżuru dan il-post fejn sena ilu kienu madwar 70,000 li żaruh.

Din is-sena il-Milied f'Għawdex se jkun speċjali għax barra dan l-avveniment huma maħsuba diversi avvenimenti madwar Għawdex kollu biex id-destinazzjoni ta' kull Malti dal-Milied ikun Għawdex. Milied f'Għawdex se tkun it-tema għal Għawdex dan il-Milied.

 

More in G?awdex