Ir-residenza tal-marixxall se tinbidel f'dar lussuża għall-anzjani Għawdxin

Din id-dar ta' San Ġużepp, f'Għajnsielem se tinbidel f'dar lussuża b'70 kamra tal-gvern għall-140 anzjani 

Id-dar ta' San Ġużepp kif inhi llum
Id-dar ta' San Ġużepp kif inhi llum
Kif se tkun lesta
Kif se tkun lesta

Il-faċilita l-ġdida se tkun integrata mal-bini storiku eżistenti li kien ir-residenza tal-marixxal Ingliż fil-Forti Chambray. Il-bini l-antik se jiħi restawrat filwaqt li dak kollu li ma fihx valur storiku se jitneħħa biex jagmel spazju għall-iżvilupp il-ġdid. Id-disinn ikkunsidra l-mod kif inhu mibni ir-residenza tal-marixxal li se tkun ir-'reception' ta' din id-dar tal-anzjani. Is-sabiħ se jkun li minn din id-dar storika wieħed jmur fid-dar moderna li se tinbena biex fiha takkomoda 140 anzjan Għawdxi u Għawdxija.

Kull kamra se jkollha faċilitajiet 'ensuite', bil-faċilitajiet li wieħed jagħmel il-kafe u t-te u b'gallariji li jagħtu jew lejn il-kampanja pittoreska, inkella veduti bla ostruzzjoni għal baħar. Il-faċilita hi disijata għal dawk l-anzjani li mobbli u gġħal dawk bi problemi ta' mobilita u wkoll għal dawk li jinsabu fuq siġġu tar-roti. 

Din id-dar lussuża disinjata bl-aqwa disinni żgur li se tkun ferm komda għall-anzjani Għawdxin li ilhom snin twal jistennew li jkollhom waħda. Fiha se jkun hemm klinika tat-tabib, kamra tal-ikel, kappella, uffiċini, salon tax-xagħar, librerija, sala fejn isiru l-'crafts', swali tal-amministrazzjoni.

Dan se joħloq spazji fejn anke koppji miżżewġa jistgħu jgħixu flimkien fil-kumdita u ambjent lussuż. Dan barra li proġett bħal dan se joħloq ukoll xogħol aktar f'Għawdex

 

More in G?awdex