Għawdex se jinxtegħel ikħal

Diversi postijiet u monumenti madwar Għawdex ser jinxtegħlu b’dawl kaħlani biex jiġi mfakkar Jum id-Dijabete

Il-Ministru Refalo jgħid li Għawdex se jsir ikħal
Il-Ministru Refalo jgħid li Għawdex se jsir ikħal

 

Għall-ħames sena konsekuttiva, professjonisti mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex, qegħdin itellgħu diversi attivitajiet biex jiġi mfakkar il-Jum Dinji għad-Dijabete li jiġi ċċelebrat fl-14 ta’ Novembru.  F’jum bħal dan, diversi pajjiżi madwar id-dinja, inkluż Malta u Għawdex, jingħaqdu sabiex iqajjmu kuxjenza dwar din il-kundizzjoni filwaqt li joffru s-support tagħhom lid-dijabetiċi.  Madwar wieħed minn kull għaxar Maltin ibati minn din il-kundizzjoni u l-inċidenza qegħda dejjem tiżdied.

Dr Nadine Delicata CEO tal-isptar Ġenerali t’Għawdex qalet li Il-Federazzjoni Internazzjonali għad-Dijabete tfakkar dan il-Jum permezz tal-kulur ikħal.  Għalhekk il-ġimgħa d-dieħla, bejn it-13 u l-15 ta’ Novembru, diversi postijiet u monumenti madwar Għawdex, inkluż l-Isptar Ġenerali u l-Ministeru, ser jinxtegħlu b’dawl kaħlani.    Dr Delicata elenkat diversi attivatijiet li ser isiru f’Għawdex bħal seminar fis-sala tal-Minsiteru għal Għawdex, testijiet tad-demm fl-Arkadia Shopping Complex, The Duke Shopping  Mall u fl-isptar Ġenerali kif ukoll kull tifel u tifla fil-Kulleġġ t’Għawdex ser ittajru bużżieqa kulur kaħlani.

 

 

More in G?awdex