Jinfetħu l-bibien ta' Betlehem f'Għajnsielem
Il-President Marie Louise Coleiro tiftaħ uffiċjalment is-sitt edizzjoni ta' dan il-presepju ħaj
Betlehem f'Għajnsielem bla dubju hu l-aktar avveniment għal dawn il-ħames ġimgħat li ġejjin li jilqa turisti (Maltin u Barranin) li jżuru Għawdex. Anke jekk din is-sena iċ-ċerman tal-Milied f'Għawdex, Joe Mifsud flimkien ma' grupp ta' stakeholders Għawdxin ħasbu biex il-Milied jitferrex madwar Għawdex kollu. Iżda żgur li l-ewwel tmiem il-ġimgħa se tkun dominata minn Betlehem Għajnsielem fejn din id-darba irritornat il-lukanda għal min irid iqatta xi lejl jew aktar u jmur lura elfejn sena. Barra hekk inbniet speċi ta' xmara fejn wieħed jista anke jirkeb dgħajsa u fuq ix-xaqliba l-oħra fejn hemm il-Forti Chambray wieħed jista jżur il-villaġġ tar-Rumani.
Betlehem Għajnsielem se jkun animat kull tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi