Il-Gozo Channel ġarret 14,146 passiġġier u 3,631 vettura aktar
Jitnedew tliet inizjattivi ġodda għal Milied f'Għawdex
Fi tmien din il-ġimgħa se jkun hemm tliet inizjattivi ġodda bħala attrazzjonijiet għal dawk li jagħżlu li jżuru Għawdex f’Diċembru. Dan barra li jkun għaddej Bethlehem f’Għajnsielem li jidħol fit-tieni ġimgħa tiegħu.
Se jkun inawgurat il-Villagg agrikolu u ikel tal-Milied fix-Xewkija, attività immirata għat-tfal f’Villa Rundle fejn se tittella’ Fantasija u Talent li hi estiża għall-Kumpless The Duke fejn se jkun hemm Santa’s Booth u l-karattri n-Nanniet Tona u Pawlu se jkunu fuq il-prodotti ta’ David’s Bakery.
Fil-villaġġ tal-Milied fix-Xewkija barra festa ta’ ikel u prodotti oħra se jkun hemm attrazzjonijiet varji fosthom kunċerti, u żewġ esebizzjonijiet waħda ta’ artisti Għawdxin Nativitas u oħra wirja ta’ ritratti Palestina, Realtà f’Ritratt.
Bejn is-Sibt u l-Ħadd f’Villa Rundle se jkun hemm attività b’talent minn student varji u divertiment mill-atturi tal-pantomima Sindyrella u l-Bestja. It-tfal se jkollhom l-opportunità li jkellmu lil Santa Claus bit-telefon minn booth mibnija għall-okkażjoni.
Sadanittant il-karattri Nanna Tona u Pawlu qegħdin jiksbu popolarità ġmiela u wara li s-Sibt iltaqgħu mal-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca u nhar il-Ġimgha se jżuru l-Belt Valletta biex jippromovu l-Milied f’Għawdex.