Tista' tieħu bambin f'maxtura jew dawra fid-dgħajsa
Eluf qed ikomplu jżuru Għawdex f'dawn il-festi
Il-Milied f'Għawdex qed ikompli jirranka aktar ma jersaq il-Milied. Eluf ta' nies qed iżuru Bethlehem f'Għajnsielem fejn wieħed jista jieħu rikba fid-dgħajsa li skont ir-ritratt wieħed jista jara li tiflaħ piż tajjeb.
Barra hekk il-ġurnata tal-Ħadd bħal dik tas-Sibt it-tfal għandhom fejn jiddevertu bla waqfien fli Sports Complex fir-Rabat Għawdex fejn hemm bouncy castles u diversi logħob għat-tfal bil-karattri ta' Disney jduru magħhom. Wieħed jista jieħu ritratt mal-father Christmas u jingħata diversi rigali, fosthom bambin ħelu fil-maxtura li qed jiġbor mijiet ta' tfal biex jakkwistawh.
It-tfal minn ħin għall-ħin qed jimgħataw b'xejn anke kotba ta' livell għoli u jistgħu anke jinżebgħu jew jixxabbtu ma speċi ta' muntanja marbutin minn qaddhom.
F'dawn l-attivitajiet li huma kollha b'xejn it-tfal jiġu mgħallma wkoll li jekk iridu jagħtu xi ħaġa żgħira fil-karus għal Istrina.