Il-film 'By The Sea' ġġenera miljuni fil-gżira Għawdxija
Skont statistika tal-Awtorità Maltija għat-turiżmu, 3.5% tat-turisti li jiġu f’pajjiżna għażlu lil pajjiżna minħabba xi xena li dehret fuq film
Il-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo tenna li "l-film By The Sea huwa l-ikbar film li qatt sar f’Għawdex. Bħal films oħrajn, dan impjega ħafna nies u ġġenera miljuni t’ewro fl-ekonomija Għawdxija.’
Il-Gvern huwa impenjat biex f’Għawdex ikun iġġenerat iktar xogħol fl-industrija tal-films. Din l-industrija tagħmel riklam tajjeb għal pajjizna, hekk kif in-nies isiru jafu b’pajjiżna mix-xeni li jaraw fil-films, dak li jissejjaħ ‘screen tourism’. Skont statistika tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, 3.5% tat-turisti li jiġu f’pajjiżna għażlu lil pajjiżna minħabba xi xena li dehret fuq film.
Anton Refalo tenna li l-industrija tal-films hija waħda mill-aktar industriji li għandha multiplier effect fuq l-akkomodazzjoni. Apparti flus li jitħallsu lill-crew tal-films u servizzi oħra relatati direttament mal-industrija tal-films, jintefqu wkoll flejjes kbar fl-akkomodazzjoni f’lukandi, ikel, transport, diversi servizzi u divertiment.
Il-Film Commission qed tagħmel marketing campaign apposta biex tippromwovi lil Għawdex madwar id-dinja bħala film location. Din l-industrija għandha bżonn persuni li jibnu sets tal-films, li jieħdu ħsieb il-props, persuni fl-amministrazzjoni tal-films, logistic coordinators u transport coordinators, producers, diretturi u camerapersons. Għalhekk hemm ukoll pjan biex isiru korsijiet f’Għawdex sabiex l-Għawdxin jiksbu l-ħiliet neċessarji sabiex jibdew jaħdmu fl-industrija tal-films.
Waqt il-laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar l-industrija tal-Films f’Għawdex, l-Ministru għat-Turizmu Dr. Edward Żammit Lewis sostna li din l-industrija għandha potenzjal kbir għal Malta kif ukoll għal Għawdex. Il-Ministru għat-Turiżmu qal li apparti mill-impatt importanti li jħalli dan is-settur kemm fuq l-ekonomija kif ukoll fuq l-impjiegi, l-industrija tal-films taqdi rwol importanti f’dak li hu r-reklamar ta’ pajjiżna bħala destinazzjoni turistika.
Dan ix-xogħol beda’ iħalli l-frott tiegħu b’mod evidenti, hekk kif is-sena l-oħra, Għawdex ospita’ l-akbar produzzjoni ċinematografika li qatt saret fuq din il-gżira, il-film ‘By the Sea’. Il-Gvern qed jaħdem biex l-impjegati f’din l-industrija jkollhom xogħhol matul is-sena kollha, saħaq il-Ministru għat-Turiżmu.
Għal dan il-għan bħalissa qegħdin isiru korsijiet fl-industrija tal-films, u hemm ippjanati wkoll korsijiet f'Għawdex, sabiex l-Għawdxin jkunu jistgħu jiksbu l-ħiliet neċessarji ħalli jibdew jaħdmu fl-industrija tal-films, temm jghid il-Ministru ghat-Turizmu Dr. Edward Zammit Lewis.