Il-Voluntiera tal-ERRC assistew 26 persuna fil-karnival tan-Nadur
Ix-xogħol tal-Emergency Response Rescue Corps waqt il-karnival ġewwa Għawdex
Bħal kull sena oħra, l-Emergency Response Rescue Corps ġiet imsejħa tiprovdi servizzi tal-ewwel għajnuna bl-ambulanzi waqt attivitajiet tal-Karnival f’ diversi lokalitajiet f’ Għawdex. Wieħed min dawn kien is-servizz tal-Karnival Spontanju tan-Nadur. Dan ikun mifrux fuq medda ta’ ħamest ijiem u jattira lejh numru kbir ta’ nies, kemm Maltin u barranin. Is-Sibt hi l-aktar ġurnata li tiġbed nies u hi ukoll l-aktar ġuranta fejn jiġu rrapurtati każi ta’ għajnuniet. Għal dan il-karnival, l-voluntiera tal-Emergency Response Rescue Corps jissettjaw klinika temporanja fil-pjazza tan-Nadur fejn l-għassa tal-Pulizija.
Bħal ma jiġri kull sena, il-maġġoranza tal-interventi tal-ewwel għajnuna, jkunu fuq persuni li ikkonsumaw ammont kbir ta’ alkoħol. L-effett tal-alkoħol ikkawża ukoll korrimenti oħra bħal daqqiet fir-ras fost l-oħrajn. Din is-sena l-voluntiera tal-Emergency Response Rescue Corps assistew 26-il persuna. Dawn jinkludu tifla ta’ sentejn li soffriet daqqa f’ rasha. Uħud min dawn l-individwi kellhom jiġu ttrasportati għal-Isptar Ġeneral t’Għawdex għal aktar kura.
Waqt li l-Emergency Response Rescue Corps tavża lill-pubbliku ġeneral sabiex iġib ruħu b’ kawtela f’ attivitajiet simili, tixtieq ukoll tirringrazzja lill-Kunsill Lokali tan-Nadur, lill-Pulizija u l-istaff tal-Isptar Ġeneral t’Għawdex għas-sapport tagħhom.