Dak li tajjeb għal pjazza Kastilja mhux tajjeb għal-pjazza tat-Tokk f'Għawdex

Il-Kunsill tar-Rabat Għawdex jisħaq fuq l-ipokrezija ta' Astrid Vella li qegħda taqbel mal-proġett ta’ Pjazza Kastilja dwar is-siġar rilokati

Stqarrija li ħarġet miIl-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria tgħid li ma jistax ma jinnotax it-trattament differenti li l-proġett ta’ Pjazza Kastilja fil-Belt Valletta ingħata in paragun ma dak ta’ Pjazza Indipendenza fil-Belt Victoria.    

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria jinnota li din ser tkun it-tieni darba fi tlett snin li sejrin jinqalgħu siġar fi Pjazza Kastilja. Filwaqt li dan il-Kunsill mhux qed b’xi mod inaqqas mill-valur tal-proġett fi Pjazza Kastilja u mhux jesprimi opinjoni fuqu ma jistax ma jibqax sbalordit bit-trattament differenti - saħansitra diskriminatorju li għalih ġie soġġettat l-istess Kunsill mill-Awtorita tal-Ambjent u l- Ipjannar (MEPA).    

L-istqarrija mill-kunsill tgħid li Il-Kunsill jinnota ukoll l-ipokrezija tal-moviment FAA u l-promotur tiegħu Astrid Vella li qegħda taqbel mal-proġett ta’ Pjazza Kastilja u tant qajmet battibekki u saħansitra allegat li konsegwenza tar-rilokazzjoni tas-siġar fil-Belt Victoria sejrin imutu n-nies. 

Ittemm tgħid li bid-deċiżjoni tal-MEPA sejrin jintilfu €127,000 f’fondi għall-iskavar tal-arkeoloġija fi Pjazza Indipendenza. Il-Kunsill jinsab diżguzat bl-atteġġjament ta’ kull min kien involut bid-deċiżjoni marbuta ma’ Pjazza Indipendenza (Victoria) u jitlob lil MEPA terfa r-responsabbilta ta’ għemilha u lil Gvern jinvestiga saritx pressjoni żejda minn terzi perzuni fuq uffiċjali tal-MEPA sabiex ir-rilokazzjoni tas-siġar fi Pjazza Indipendenza ma jsirx.!

More in G?awdex