Għawdex:- Niċċa għat-Turiżmu Reliġjuż

Inizjattiva Fidi u Tradizzjoni

 

Waqt konferenza tal-aħbarijiet Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo feraħ u rringrazzja lill-organizzaturi tal-Imsallab fiTriqatna għal dan il-kontribut li qegħdin jaghtu biex jgħollu isem Għawdex. “Dan il-proġett irnexxa għaliex sar mill-bidu bil-galbu u b’mod professjonali. Dawn flimkien mal-entuzjazmu huma ingredjenti important biex attivita’tirnexxi. U għas-sena d-dieħla d-dramm se jkun esportat ‘l barra minn xtutna.”  

Ir-rettur tas-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu Fr Gerald Buhagiar flimkien mal-Ministru Anton Refalo u c-chairman tal-Kumitat Għawdex – Fidi u Tradizzjoni Dr Joe Mifsud
Ir-rettur tas-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu Fr Gerald Buhagiar flimkien mal-Ministru Anton Refalo u c-chairman tal-Kumitat Għawdex – Fidi u Tradizzjoni Dr Joe Mifsud

Dan stqarru l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo meta dalgħodu fil-Muzew ta’ Karmni Grima fl-Għarb ingħataw dettalji dwar l-Imsallab fi Triqatna u l-Via Crucis Nazzjonali mmexxija mill-Isqof Mario Grech fuq l-għolja ta’ Għammar fil-kumpless tas-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu u dawn bħala parti mill-Inizjattiva Għawdex – Fidi u Tradizzjoni.

Ir-rettur tas-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu Fr Gerald Buhagiar ħabbar li l-ViaCrucis Nazzjonali fuq l-Għolja ta’Għammar se ssir nhar il-Ħadd 22 ta’ Marzu fis-6.30 pm se titmexxa mill-Isqof Mario  Grech u bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Ghawdex din se tkun irrekordjata biex tixxandar fuq it-tliet stazzjonijiet nazzjonali TVM, One u NET.

Din is-sena se tkompli tingħata spinta għat-turizmu religjuz billi jitlestew il-pjazez ta’ Xagħra u Għajnsielem.  Ta’ Pinu se jkunu inawgurati l-ewwel muzajci ta’ Rubnik mal-faċċata tas-Santwarju, se jsiru ħames niċeċ tal-pellegrini fit-triq li twassalhom għas-santwarju u se jibda jintuza l-parkeġġ il-ġdid.  

Il-Ministru Refalo qal li “il-politika tal-Ministeru għal Għawdex hija ċara fejn jidħol turizmu reliġjuż.  Qegħda titjieb l-infrastruttura għal dan il-għan. F’Għawdex għandna l-elementi kollha fejn jidħol l-folklor reliġjuz: Milied,Gimgħa l-Kbira, Għid, Festi tas-Sajf u aktar. U ghalhekk ħloqt żewġ Kumitati biex ikunu kkordinati l-attivitajiet tal-Milied u l-Gimgha l-Kbira.  Illum bil-provi.  Diga’ kellna r-rizultati fejn din l-istrateġija tagħna qegħda tiġbed turizmu speċjalizzat, kemm intern kif ukoll estern, lejn Għawdex.  Dan fi zmien matu lis-sena meta ftit li xejn it-turizmu fil-gzira kien ikun fl-aqwa tiegħu.”

“Fix-xhur u snin li gejjin se jkomplu nibnu fuq dak li bnejna.  Naprezza l-koperazzjoni ta’ tant voluntiera.  Irrid nara anqas pika u aktar inizjattivi pjanati minn qabel biex ikunu reklamati ukoll barra minn xtutna.  Jekk isir deadline kulħadd għandu jzomm miegħu.   

“Biex inkomplu ngħinu ħalli tizdied l-attendenza għall-inizjattivi li qegħdin jittiehdu rajna li n-noll tal-vapur tal-Gozo Channel għal tmiem il-gimgha li gejja ser ikun imraħħas” temm jgħid Il-Ministru ghal Ghawdex Anton Refalo.

More in G?awdex