Għawdex dalwaqt se jkollu pixxina
Anton Refalo ħabbar li se joħorġu l-offerti għal pixxina
Dan ikkonfermah il-ministru għal Għawdex Anton Refalo waqt diskors imqanqal li għamel taħt it-tinda l-bieraħ fin-Nadur. Barra proġetti li semma li qed isiru f’Għawdex semma li ħerġin l-offerti għal pixxina għal gżira f’Għawdex. Hu qal li hu wiret gżira mimlija telqa u abbandun u l-gvern tiegħu bidilha għal mutur tal-ekonomija. Semma li minn dar tal-anzjani Għawdex qed issir gżira mimlija opportunitajiet, “tant li anke bħala GDP għaddejna lil Malta fejn Għawdex għandu 4.8 kontra Malta li għandha 4.6, filwaqt li meta ħa r-reidni hu sentejn ilu il-GDP kien ta’ 1.9.” Ikkritika kif żewġ ministri Nazzjonalisti min-Nadur ħallew Nadur abbandunat u mkisser u l-gvern Laburista qed jirranġa t-toroq fil-lokal. Hu ħeġġeġ biex il-laburisti Għawdxin juru l-qalb kbira tagħhom u jivvutaw lil kull kandidat Laburista li ħiereġ fuq il-lokalitajiet Għawdxin.
Refalo temm id-diskors tiegħu billi qal li f’sentejn qed jibdlu Għawdex fi gżira mimlija opportunitajiet għax il-gvewrn laburista għandu s-soluzzjonijiet filwaqt li l-partit nazzjonalista mhux qed jgħid x’inhi l-politika tiegħu għal Għawdex.