(RITRATTI) Jaqsmu 3,000 karrozza fil-weekend Sport f'Għawdex
Anton Refalo u Chris Agius jiltaqgħu ma diversi sportivi u jwegħdu aktar għajnuna lill-Isport f'Għawdex

Kien ta' suċċess kbir dan tmiem il-ġimgħa, l-ewwel wieħed li qatt sar, sportiva. Fejn diversi dixxiplini sportivi ġew organizzati madwar Għawdex kollu b'atleti Maltin jiġu mistiedna f'kull dixxiplina li ġiet organizzata.
Dan tmiem il-ġimgħa ħalla ħafna kummerċ turistiku fil-gżira Għawdxija fejn gawdew minnu diversi ristoranti minħabba li dawk li telgħu Għawdex kien akkumpanjat minn familjari tiegħu.
Il-Ministru għal Għawdex Refalo flimkien ma' Chris Agius is-segretarju parlamentari għall-Isport, il-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Sports Board, Alvin Grech u l-konsulent għal KMS, Mark Cutajar fliomkien mad-direttur għall-isport fi ħdan il_Ministeru Joyce Farrugia dehru jduru l-avvenimenti organizzati fejn iltaqgħu mal-Isportivi u komplew iħeġġuhom biex ikomplu jorganizzaw iżjed avvenimenti bħal dawn għal ġid tal-Għawdxin u l-isport innifsu. U wegħduhom aktar għajnuna fil-futur.
Fost id-dixxiplini li kienu organizzati fil-ġurnata tal-Ħadd kien hemm l-Ispirit Combat, l-Enduro, il-Motokcross, l-atletika u it-titjir tal-ajruplani li ġibed diversi ammiraturi fejn din kienet l-ewwel darba li l-club Malti tajjar ajruplani f'Għawdex.







































