Jiftaħ l-istaġun popolari tal-festi f’Għawdex
Din is-sena l-istaġun tal-festi jidher li fetaħ daqsxejn aktar kmieni mis-soltu. Huma l-ħafna dilettanti tal-festi li forsi jkunu qed iżuru Għawdex matul xi tmiem tal-ġimgħa li jkunu jixtiequ jattendu għal xi festa tar-raħal f’Għawdex.
Forsi ħafna ma jafux li f’Għawdex hemm użanza li kull tmiem il-ġimgħa jkun hemm festa waħda ħalli l-ebda festa ma ttellef lill-oħra. Id-dati tal-festi jinħarġu mid-djoċesi Għawdxija.
Hu fattur interessanti li anke jekk l-festi Għawdxin jixtiebhu ferm mal-istil ta’ kif isiru Malta, xorta għandhom il-karattru tagħhom, b’kull festa jkollha l-karatteristiċi uniċi tagħha.
Il-lista u d-dati tal-festi kollha huma dawn:
7 Ġunju Is-Salvatur Għasri
14 Ġunju Qalb ta’ Ġesu Fontana
21 Ġunju San Ġwann Battista Xewkija
22 Ġunju Madonna ta’ Pinu Ta Pinu Għarb
29 Ġunju L-Imnarja Nadur
5 Lulju Viżitazzjoni Għarb
12 Lulju Tas-Sokkors Kerċem
19 Lulju San Ġorġ Rabat
26 Lulju Santa Margerita Ta’ Sannat
2 Awwissu San Ġużepp Qala
9 Awwissu San Lawrenz San Lawrenz
15 Awwissu Santa Marija Rabat
23 Awwissu Santa Marija Żebbuġ
30 Awwissu Ta’ Loretu Għajnsielem
6 Settembru Tal-Karmnu Xlendi
8 Settembru Vitorja Xagħra
13 Settembru Tal-Grazzja Kapuċċini