L-MFA tgħid le lil GFA

Sorsi qalulna li Victoria Hotspurs li ġew it-tielet iridu €2,000 tat-tieni post li ħaduhom Nadur li ġew relegati bħala dixxiplina

Chris Bonnet qal le lil Samwel Azzopardi
Chris Bonnet qal le lil Samwel Azzopardi

Mozzjoni li għaddiet mill-Kunsill tal-GFA ddeċieda li minħabba l-fatt li Nadur ġew relegati fit-tieni diviżjoni minħabba li nstabu ħatja ta' korruzzjoni, din is-sena l-Kampjonat jintlagħab bejn seba' teams (billi anke waqgħu Ta' Sannat) u ma jiġi relegat ħadd. Deċiżjoni stramba meta wieħed iqis li b'hekk titnaqqas il-kompettitivita bejn it-teams li ma jkollhomx ċans li jirbħu l-kampjonat. 

Wara li Samuel Azzopardi l-president tal-GFA talab biex minħabba dawn is-sitwazzjonijiet straordinarji fil-Football Għawdxi kienet qed titlob lill-MFA taċċetta din il-kundizzjoni għal din is-sena biss.

Iżda l-MFA permezz tal-Viċi President l-avukat Chris Bonnett li tkellem dwar din il-kwistjoni ma qabilx mal-mozzjoni Għawdxija u qal le lil President Samwel Azzopardi.

Il-mozzjoni tal-MFA hi li skont l-Istatut tal-MFA irid jiġi relegat u jiġi promoss xi ħadd akkost ta' kollox u għalhekk il-parir tal-MFA hu li Sannat Lions jibqgħu fl-Ewwel Diviżjoni u jiġu promossi Għajnsielem. B'hekk f'Għawdex jitkompla l-kampjonat bi tmien timijiet fl-Ewwel Diviżjoni u sitt timijiet fit-Tieni Diviżjoni.

Sadattant sorsi minn naħa ta' Victoria Hotspurs li spiċċaw fit-tielet post mistenni li jiktbu wkoll lill-MFA għax qed iħossuhom li l-flus ta' €2,000 tat-tieni post kellhom jingħataw lilhom u mhux lin-Nadur li ġew relegati minħabba korruzzjoni u xorta ngħataw il-flus tat-tieni post.

 

More in G?awdex