Malta u Għawdex jingħaqdu flimkien fli Sport

Malta Sport (KMS) u Gozo Sports Board b'kollaborazzjoni flimkien f'inizjattivi sportivi f'Għawdex fosthom Skolasport

Fl-aħħar iż-żewġ gżejjer Malta u Għawdex ingħaqdu fejn jidħlu inizjattivi sportivi. Dan ġara wara xogħol u laqgħat ta' xhur sħaħ bejn il-KMS li llum saret tissejjaħ Sport Malta u l-Gozo Sports Board. Iż-żewġ kapijiet eżekuttivi taż-żewġ entitajiet Mark Cutajar u Alvin Grech kellhom diversi laqgħat kemm f'Malta u anke Għawdex biex din il-ħolma setgħet issir realta. 

Tant hu hekk li Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo  żar il-Gozo Sports Complex, fejn bħalissa għaddejja SkolaSport Sajf li hi waħda mill-inizjattiva li fiha hemm ukoll l-id ta' Sport Malta. Għal din l-iskola kienu eliġibbli tfal minn 5 snin sa 12-il sena u applikaw għaliha 75 tifel u tifla, li se jqattgħu sajf jitħarrġu f’diversi dixxiplini sportivi, attivitajiet ta’ għawm, waterpolo, ġinnastika, tixbit u logħob ta’ attività fiżika. Barra minn hekk ġew introdotti wkoll klassijiet tad-drama, tal-arti, tat-tisjir u tal-crafts.

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo stqarr li l-ħolma tiegħu bħala ministru hi li jara lil dawn it- tfal jagħrfu l-potenzjal tagħhom u jingħaqdu f’dixxiplini sportivi matul is-sena kollha. Il-Ministru Refalo tenna kemm huwa importanti li t- tfal Għawdxin ikunu attivi sew fix-xitwa kif ukoll fis-sajf.

Kien hemm preżenti wkoll Mark Cutajar li qal li minn din is-sena Skolasport se tiġi amalgamata ma' Skolasport ta' Malta u mmexxija bħala entita waħda fejn se jkun hemm skambju ta' tfala minn Għawdex għal Malta u viċi versa u anke skambju ta' coaches. 

Din is-sena l-Ministeru għal Għawdex permezz tal-Gozo Sports Board introduċa l-iskema ta’ SkolaSport Sajf li bdiet nhar il-15 ta’ Lulju u tintemm fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru.

F'Għawdex bħalissa ġew introdotti wkoll skejjel tat-tfal għall- badminton, ġinnastika u basketball u l-Gozo Sports Board bħalissa qed jaħdem biex tinfetaħ skola tal-volleyball.

 

More in G?awdex