Santa Marija ħalliet €2.4 miljun f'Għawdex - Anton Refalo
8% tal-infieq kollu tat-turisti tal-2014
Il-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo fuq ir-radju One meta kien qed jiġi intervistat minn Daniel Micallef ħabbar li hu stmat li l-gimgha ta' Santa Marija halliet fl-ekonomija t'Ghawdex madwar € 2.4 miljun. Dan ifisser li l-ġimgha ta' Santa Marija tirrapreżenta 8% tal-infieq totali tat-turisti li fl-2014 lahaq Ic-cifra ta' €28 miljun.
Dan wara li ILLUm ħabbar li fil-ġimgħa ta' Santa Marija marru Għawdex 110,000 passiġġier u l-Gozo Channel wettqu 400 vjaġġ fejn ġarrew 30,000 vettura. Dan kien rekord assolut għal gżira Għawdxija.
More in G?awdex