Mhux se jkun hemm aċċess għaċ-Ċittadella t'Għawdex nhar it-Tlieta
Min kien ippjana li jżur ic-Cittadella nhar it-Tlieta għandu jipposponi d-data
Il-Ministeru għal Għawdex javża li minħabba xogħlijiet infrastrutturali fuq it-triq li twassal għaċ-Cittadella, mhux ser ikun hemm aċċess għaċ-Cittadella nhar it-Tlieta 15 ta’ Settembru bejn it-8.00am u l-4.00pm. Aċċess limitat ikun permess biss għar-residenti u persuni li jeħtieġu s-servizzi tal-Qorti. Il-Ministeru għal Għawdex jiskuża ruħu ta’ kull inkonvenjent.
More in G?awdex