James Xuereb ċeda l-armi xahrejn wara li weġġa' f'inċident fil-baħar
It-tfajjel Għajnselmiż kien spiċċa f'wheelchair wara li ħabib tiegħu li qabeż il-baħar ġie fuqu
James Xuereb ta' 14-il sena minn Għajnsielem, ċeda l-armi u miet dalgħodu wara li qatta xahrejn muġugħ meta inċident traġiku li kien ġara fid-9 ta' Lulju fix-xatt l-Aħmar Għajnsielem, ħallieh f'wheelchair. James li kien mimli ħajja u l-ħabib tal-ħafna żgaħżagħ Għajnselmiżi fejn kien attiv fil-baseball u anke fin-nursery ta' Għajnsielem miet dalgħodu. Aħbar li ħasdet lil ħbieb tiegħu kollha, li ma kinux ftit.
Fid-9 ta' Lulju, James kien qed jgħum mal-ħbieb tiegħu f'Għajnsielem meta wieħed mill-ħbieb tiegħu qabeż il-baħar u ġie fuq għonqu.
More in G?awdex