Is-sindku Laburista Cordina liberat minn kull akkuża
Cordina qal li saret ġustizzja wara li ppruvaw ittappanulu ismu
Nhar it-Tlieta il-qorti tal-maġistrati ta’ Għawdex preseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud ħarġitu liberat minn kull akkuża. Il-qorti ddeċidiet ukoll bħala mertu li Cordina ma kienx mixli b’aġir personali iżda fil-kapaċita tiegħu bħala sindku.
Mitlub jikkumenta dwar il-każ Cordina qal li jħoss li saret ġustizzja miegħu u mal-familja tiegħu anke meta parti mill-media ppruvat tħammiġlu ismu bil-headlines li ħarġet.
Sena u nofs ilu is-sindku tax-Xagħra Joe Cordina kien allegat li qabad u daħal fuq proprjeta privata biex jagħmel xogħol ta’ konkos. Kif ukoll kif allegat li saru diversi atti ta’ vandaliżmu fuq l-istess propjetà privata permezz tal-użu ta’ kuntrattur imqabbad mil-istess Sindku Cordina. Liema xogħol allegat li seħħ sentejn ilu bejn id-19 u l-25 t’Ottubru fl-inħawi ta’ Għajn Barrani fix-xagħra.
Ghal dawn il-motivi l-Qorti tiddikjara lill-imputat mhux hati tal- imputazzjoni migjuba fil-konfront tieghu u konsegwentement tilliberah mill-istess imputazzjoni.