Il-mina futura bejn il-gzejjer is-suggett tal-programm televiziv minn Ghawdex, Ghawdex Illum.

Filmati esklussivi mill-mina tan-Norveġja

L-edizzjoni ta` llum tal-programm Ghawdex Illum mistenni jitratta l-mina li hemm proposta li ssir taht il-fliegu. Hija tema li tinsab fuq fomm kulhadd u ma` jistax jonqos li l-programm t`Ghawdex ma` jmissx is-suggett.

Izda dan qieghed jaghmlu b`mod differenti, fis-sens li, flimkien ma` taghrif dwar l-istudju li sar, il-programm qieghed iwassal filmati ta` mini simili li diga` jezistu fin-Norvegja. Kru minn CVC Media mmexxija mid-direttur u producer Alvin Scicluna zaru n-Norvegja fejn hadu wkoll kummenti minn esperti.

Il-programm iwassal ukoll taghrif dwar progett iehor kbir simili li bhalissa qieghed fl-ahhar fazi tieghu gewwa Malta stess. Hu l-ghan tal-programm li jkompli jinforma lill-pubbliku dwar dan is-suggett li zgur ser jibqa` topiku fix-xhur li gejjin.

Ghawdex Illum jixxandar illejla fuq TVM wara l-ahbarijiet tas-6.00 b`ripetizzjoni fuq TVM2 illejla wkoll fis 7.00pm. Hu accessibbli wkoll on demand fuq gozotv.com

More in G?awdex